Lokali
Covid-19: 3 każi ġodda f’Malta, 9 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 45 wara li bejn ilbieraħ u llum ġew irrappurtati tliet każi ġodda minn 1,798 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ disa’ persuni u li ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. B’hekk, it-total tal-vittmi baqa’ ta’ 419.

30,585 persuna ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020. B’kollox, s’issa fiequ 30,121 persuna.

Intant, sal-bieraħ ingħataw 604,033 doża tal-vaċċin li minnhom 344,272 kienu l-ewwel doża. 270,754 persuna huma mlaqqma għalkollox.