COVID-19
Covid-19: 5 każijiet ġodda, ebda każ ta’ fejqan, ebda mewt

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 5 każijiet ġodda ta’ Covid-19 waqt li ma fieqet ebda persuna biex issa n-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 45.

Tlieta minn dawn il-persuni morda bil-COVID-19 jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei – tnejn minnhom fit-Taqsima tal-Mard Infettiv. M’hemmx pazjenti bil-covid fl-ITU. Fi sptarijiet oħra m’hemmx pazjenti bil-virus.

Ma ġiet irrappurtata ebda mewt relatata mal-Covid bejn ilbieraħ u dalgħodu biex il-vittmi tal-pandemija baqgħu 420.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 2,374 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 985,629 u dawk tal-persuni li ħadu l-virus għal 30,623.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 664,859 doża tal-vaċċin li minnhom 358,168 kienu l-ewwel doża.

Il-persuni li huma mlaqqma kompletament issa huma 320,604.