COVID-19
Covid-19: 9 każijiet ġodda, 7 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa 76 wara li feġġew disa’ każijiet ġodda waqt li fiequ sebgħa.

Ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-pandemija fl-aħħar 24 siegħa biex in-numru tal-vittmi baqa’ 419.

B’hekk it-total ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 issa huwa ta’ 30,568.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 2,764 ‘swab test’ li saru bejn ilbieraħ u llum u li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 939,173.

Bil-każijiet ġodda ta’ fejqan telgħu għal 30,073dawk li m’għadhomx meqjusin li għandhom il-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 546,637 doża tal-vaċċin li minnhom 325,511kienu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li huma vaċċinati għal kollox issa huwa 230,594.