COVID-19
Covid-19: ebda każ ġdid, 3 ifiqu, ebda mewt

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġie rrapurtat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ tlieta biex in-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 29.

Ma kienet rappurtata ebda mewt relatata mal-pandemija biex in-numru tal-vittmi baqa’ dak ta’ 420.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 1,660 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 963,044 u dak tal-każijiet għal 30,588.

Bil-każijiet ġodda ta’ fejqan telgħu għal 30,139dawk li, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, irkupraw mill-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 621,674 doża tal-vaċċin li minnhom 350,092 kienu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li issa huma vaċċinati għal kollox huwa ta’ 282,709.