COVID-19
COVID-19 f’Malta: età medja ta’ 27 sena mill-każi tal-bieraħ

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li 151 każ mill-206 każ ġdid ta’ Covid-19 li ġew irrappurtati lbieraħ kienu persuni ta’ bejn l-10 snin u d-39 sena. Li jfisser, li l-età medja tal-persuni li tħabbar li għandhom il-virus ilbieraħ hija ta’ 27 sena.

Tħabbar ukoll, li bħalissa 18-il persuna jinsabu l-isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 u li persuna minnhom tinsab fit-taqsima tal-kura intensiva.

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 195 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 5. Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi issa huwa ta’ 1,832. Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,548 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,041,418. Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irrappurtata ebda mewt bil-Covid-19.