Barranin
Covid-19: Ġlieda kontra l-ħin biex tintbagħat l-għajnuna fl-Indja

L-Istati Uniti tinsab imħassba biż-żieda qawwija tal-infezzjonijiet tal-Covid fl-Indja u qed tirsisti biex tibgħat għajnuna medika lill-pajjiż.

Washington tinsab taħt aktar pressjoni biex tagħti aktar għajnuna lill-Indja hekk kif illum, il-każijiet ġodda li nstabu fil-pajjiż jilħqu r-rekord ta’ 349,691 biex il-każijiet attivi fl-Indja hemm mal-16.96 miljun mentri ġew irreġistrati 192,311 mewta.

Ir-rettur tal-Brown University School of Public Health, Ashish Jha qed iwissi li l-pajjiż jinsab f’xifer ta’ diżastru umanitarju.