Barranin
COVID-19: Il-lockdown fl-Ingilterra jiswa qares għall-ekonomija

Fl-Ingilterra, jibdew jinfetħu ftit ftit ir-restrizzjonijiet waqt li l-Gvern qed iħabbat wiċċu ma’ waħda mill-agħar riċessjonijiet kawża tal-pandemija Covid-19.

L-Ingliżi li ma jistgħux jaħdmu mid-dar qed jintalbu jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol. Mil-lum fl-Ingilterra in-nies tista’ toħroġ barra għalkemm b’restrizzjonijiet. Il-lockdown fl-Ingilterra sewa qares għall-ekonomija li fl-ewwel tlett xhur ċkienet bi tnejn fil-mija. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li għadu kmieni biex ikun magħruf l-impatt tal-illaxkar tal-miżuri fuq ir-rata ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 għalkemm qal li ż-żieda fl-infezzjonijiet f’pajjiżi oħra hija twissija għar-Renju Unit/.

“Just on his earlier point about not learning from other countries, nothing could be further from the truth, we are watching intently what is happening in other countries and it is very notable that in some other countries where relaxations have been introduced, there are signs of the R (rate of infection) going up again, and that’s a very clear warning to us not to proceed too fast or too recklessly. I hope the people, I hope the country does understand that.”

Il-Gvern Ingliż qed ibassar li l-ekonomija matul din is-sena ser tidħol f’riċessjoni.

Sadanitant numru ta’ xjenzati minn madwar ir-Renju Unit qed jaħdmu fuq esperimenti biex jaraw kif iġib ruħu l-Coronavirus fuq il-bniedem. Biex isir dan l-istudju meħtieġa eluf ta’ nies li kellhom il-virus u laqathom b’mod differenti.

Fil-Brażil kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet ta’ każi ta’ Covid-19 f’ġurnata waħda. Fl-aħħar sigħat 881 persuna tilfu ħajjithom bin-numru tal-mejta issa jitla’ għal 12,460 ruħ. In-numru ta’ persuni infettati telgħu għal kważi 178,200 li 9,000 minnhom instabu fl-aħħar sigħat. L-esperti qed jgħidu li n-numru ta’ infezzjonijiet huwa ferm akbar minħabba mhux isiru testijiet fil-komunità għax l-Awtoritajiet ordnaw lit-test isir lil dawk li jidħlu l-isptar biss.

Il-Brażil huwa s-sitt pajjiż fid-dinja li huwa l-aktar milqut mill-Coronavirus.

Intant l-Unjoni Ewropea qed tgħid li fis-sajf l-istaġun turistiku fl-Ewropa ser ikun wieħed kważi normali iżda mgħobbi b’restrizzjonijiet u limitazzjonijiet. Il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi Paolo Gentiloni ammetta li l-Unjoni Ewropea daħlet fl-agħar riċessjoni fl-istorja, iżda żied jgħid li bit-tneħħija tal-miżuri implimentati kontra l-Coronavirus l-industrija turistika tista’ terġa’ tibda tirpilja.

Jidher li sal-15 ta’ Ġunju ser jinfetħu l-fruntieri kollha u l-ivjaġġar jibda jerġa’ jitreġġa lura għan-normal.

Aħbarijiet Oħra

Mara tqila fi Florida, fl-Istati Uniti, ma ħasbithiex darbtejn biex taqbeż fil-baħar u ssalva lil żewġha hekk kif ratu jiġi attakkat minn kelb il-baħar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta…

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Aktar