COVID-19
Covid-19: Il-MAM b’direttivi li jaffettwaw l-isptarijiet kollha f’Malta u f’Għawdex

L-assoċjazzjoni medika Maltija ħabbret azzjoni industrijali għal għada l-Ħamis   sat-tnax ta’ Awissu u li jekk ma jintlaħaqx qbil mal-Ministeru għas-saħħa mhix teskludi li żżid l-azzjoni industrijali.

Id-direttivi tal-MAM jaffettwaw l-isptarijiet kollha f’Malta u Għawdex, jiġifieri Mater Dei, iċ-ċentri kollha tas-saħħa, u  l-isptar ta’ Għawdex.  Fost is-servizzi tas-saħħa affettwati bid-direttivi, minn għada ġew posposti l-appuntamenti kollha outpatients f’Mater Dei, l-operazzjonijiet skedati, ħlief operazzjonijiet tal-kanċer jew dawk urġenti, u l-appuntamenti għall-ultrasound.

L-assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li ż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 ġiet ikkawżata mill-attivitajiet tal-massa fejn qed jigu rregistrati mal-hmistax -il kaz kuljum, b’Malta spiċċat ‘blacklisted’ minn erba’ pajjiżi Ewropej.

Skont il-MAM, il-Gvern flok ma kkontrolla l-pandemija baqa’ għaddej bl-attivitajiet tal-massa inkluż dawk fejn ilaqqgħu eluf ta’ nies. Skont l-assoċjazzjoni dak li pajjiżi Ewropej qed jipprojbixxu, l-awtortiajiet f’Malta qed jagħmlu bil-kontra.

Skont l-assoċjazzjoni r-restrizzjonijiet l-ġodda fuq l-attivitajiet tal-massa huma dgħajfa mill-infurzar u għaldaqstant qed tinsisti l-attivitajiet tal-massa għandhom jitwaqqfu b’mod immedjat.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Aktar