Saħħa
Covid-19: Il-MAM twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa bit-tama li tittieħed azzjoni deċiżiva mill-Gvern

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji li wettaq u jieħu azzjonijiet f’waqthom biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava.

Qalet li issa huwa iż-żmien biex il-Gvern isegwi l-pariri tl-esperti fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-evidenza xjentifika.

L-assoċjazzjoni temmen ukoll li huwa neċessarju li jittieħdu l-miżuri effettivi tas-saħħa pubblika biex jitrażżnu u jitnaqqsu n-numri ta’ każijiet tal-Covid-19, fl-inqas żmien possibbli.

Fakkret ukoll li mhux żmien iċ-ċelebrazzjonijiet u parties l-għaliex ninsabu fl-eqqel ta’ pandemija, b’persuni morda serjament qegħdin jiddaħħlu l-isptar Mater Dei.

Il-MAMA qalet li avvenimenti t’aktar minn 10 persuni wasslu għas-sitwazzjoni li qegħdin fiha bħalissa u għalhekk għandhom jitwaqqfu filwaqt li l-Pulizija għandha timmulta lil min jikser ir-regoli fosthom lil dawk li ma jilbsux il-maskra.

Il-MAM temmen tgħid li l-Maltin urew dixxiplina kbira bejn Marzu u Mejju u għalhekk id-deċiżjonijiet tal-Gvern għandhom jittieħdu abbażi tas-suċċess li nkiseb f’dawk ix-xhur.

U l-Partit Demokratiku qal li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli m’għandhiex għażla oħra għajr li tirriżenja. Fi stqarrija ntqal li minħabba l-mod kif tmexxiet il-kriżi tal-pandemija, is-settur turistiku spiċċa biex qed isofri minħabba d-deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu.