COVID-19
COVID-19: “Ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet – iżda tillaxkawx”

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li jekk il-poplu jillaxka u jagħmel ta’ rasu, il-każi tal-Coronavirus jistgħu jogħlew f’salt.

Kalkoli matematiċi mill-istatistiku Dr Vincent Marmara juru li tliet ġimgħat wara li bdiet l-imxija tal-Coronavirus f’Malta, trażnet ir-rata ta’ riproduzzjoni tal-COVID-19 minn persuna għall-oħra. “Jekk qabel żewġ min-nies kienu qed jitrażmettu din it-trażmissjoni lil ħames persuni oħra, illum għandna żewġ persuni li qed jitrażmettu din l-infezzjoni lil madwar tliet min-nies oħra.”

Dr Marmara innota li l-impenn u l-koperazzjoni tal-poplu qed jgħin biex tonqos ir-rata ta’ infezzjonijiet.

“Il-miżuri li qed jittieħdu u kif ukoll il-maġġoranza assoluta tal-poplu qed isegwi l-istuzzjonijiet tas-social distancing mela dawn qed iħallu effett għax fir-realtà għandna rata li hija nieżla u iktar inkoraġġanti meta wieħed iqabbel mal-aħħar ġranet.”

Dr Marmara, li jispeċjalizza dwar il-epidemiji u l-infezzjonijiet mill-apsett statistiku, innota li minkejja li fl-aħħar ġimgħa Malta kellha żieda ta’ 20 fil-mija fil-każijiet meta mqabbel mal-ġimgħa ta’ qabel, il-kurva tal-imxija baqgħet taħt kontroll.

L-istatistiku qabbel ukoll iż-żieda tal-każijiet f’pajjiżi Ewropej fit-tielet ġimgħa fosthom fl-Italja, l-Ingilterra u fi Spanja. “L-Italja wieħed jista’ jara li kellhom madwar erba’ darbiet aktar każijiet. Fi Spanja kien hemm 12-il darba iktar każijiet meta nqabblu din il-ġimgħa mal-ġimgħa ta’ qabel. Meta wieħed jara l-Ingilterra – kellhom sitt darbiet aktar każijiet meta nikkumparaw din il-ġimgħa mal-ġimgħa ta’ qabel.”

Dr Marmara iżda kien pront iwissi li jekk il-poplu jillaxka, iċ-ċifri jistgħu jgħollu rashom malajr kif gara f’pajjiżi oħra.

“Jekk nibdew nerħu jfisser li nkunu qed nistiednu li r-reproduction rate terġa togħla ma jfissirx li għax għandna reproduction rate li hija baxxa minn pajjiżi oħra ifisser li ser nibqgħu hekk żgur.”

Dwar l-miżura biex persuni vulnerabbli jibqgħu fi djarhom, Dr Marmara qal li jridu jgħaddu madwar seba’ t’ijiem biex tkun tista tanalizza r-riżultat tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar