Barranin
Covid-19: It-toroq ta’ Pariġi baħħ

It-toroq ta’ Pariġi u tmint ibliet oħra Franċiżi kienu qishom deżert totalment nieqsa min-nies minħabba r-restrizzjonijiet imposti biex matul il-lejl kulħadd jibqa’ ġo daru.

L-għan ta’ din il-miżura hi biex tonqos ir-rata ta’ infezzjoni tal-coronavirus fi Franza li għandha waħda mill-ogħla rati fl-Ewropa.

Sidien ta’ ristoranti u negozji li ilhom jaraw tnaqqis sostanzjali fil-bejgħ tagħhom mindu sar il-lockdown ta’ xahrejn fir-rebbiegħa, qed jilmentaw fuq dawn id-deċiżjonijiet.

Fis-sigħat li ġejjin mistennija jitħabbru iżjed miżuri anke fl-Italja.