Barranin
Covid-19: Jilħaq livell rekord in-numru ta’ każijiet fl-Istati Uniti

Fl-Istati Uniti n-numru ta’ każi ta’ coronavirus laħaq livell rekord.

Ilbieraħ biss kien hemm 83,000 każ ġdid ta’ Covid-19. Il-Kirurgu Ġenerali Jerome Adams wissa li n-numru ta’ nies li qed jidħlu l-isptar qiegħed dejjem jikber imma qal li r-rata ta’ mwiet naqset grazzi għall-kura aħjar tal-pazjenti.

Dan qed isir fl-isfond tal-fatt li l-kumpaniji farmaċewtiċi AstraZeneca u Johnson and Johnson reġgħu komplew il-provi tagħhom fuq il-vaċċin kontra l-coronavirus wara li reġgħu ngħataw l-approvazzjoni mir-regolaturi.

L-Istati Uniti issa għandha l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet fid-dinja b’tmien miljun u nofs persuna u wkoll l-iżjed ammont ta’ nies mejta, 224,000. Ir-rata ta’ infezzjonijiet fl-Istati Uniti fl-aħħar ġimgħa kienet l-ogħla minn Awwissu sal-lum.