Lokali
Covid-19: każ ġdid, 3 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 niżel għal 70 wara li bejn ilbieraħ u llum ġie rrappurtat każ ġdid filwaqt li fiequ 3.

Ma ġiet irrappurtata ebda mewt relatata mal-pandemija fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk, in-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 419-il persuna.

It-total ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020 issa huwa ta’ 30,572.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 1,432 ‘swab test’ li saru bejn ilbieraħ u llum u li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 943,984.

B’kollox, s’issa fiequ 30,083 persuna.

Sal-bieraħ ingħataw 558,320 doża tal-vaċċin li minnhom 329,000 kienu tal-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li huma mlaqqma għalkollox issa huwa ta’ 238,807.