COVID-19
COVID-19: linji gwida għall-produzzjonijiet teatrali

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u fuq barra, inklużi performance spaces oħrajn.

L-għan ta’ dawn il-linji gwida huwa li jippromwovu prattiċi siguri tax-xogħol għall-maniġment tat-teatru, producers, ekwipaġġ u artisti kif ukoll biex jissalvagwardjaw il-benesseri tal-patruni. Il-linji gwida jieħdu inkonsiderazzjoni l-aspetti artistiċi u finanzjarji tal-produzzjonijiet kulturali.

Il-producers huma mistennija li jieħdu ħsieb is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri tal-artisti, tal-ekwipaġġ, u tal-ħaddiema l-oħrajn kollha. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jinkludu wkoll kuntratturi u delivery persons kif ukoll lill-udjenza.

Dawn il-linji gwida jipprovdu kunsiderazzjonijiet ġeneriċi li l-maniġment tat-teatri u l-producers għandhom jirrispettaw meta jiddeċiedu li jibdew il-wirjiet pubbliċi. Id-distanza soċjali, l-adekwatezza tal-faċilitajiet, l-arranġamenti għat-tindif u bidliet oħrajn li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà tal-udjenzi u tal-artisti, huma parti mil-lista riveduta ta’ regolamenti li ser jirregolaw is-settur teatrali b’ effett immedjat.

Il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru, waqqaf il-‘COVID-19 Transition Arts Advisory Group’ sabiex jaġixxi bħala punt ta’ referenza u jiżgura tranżizzjoni ta’ suċċess permezz tal-istabbiliment ta’ netwerk u skambju ta’ għarfien u b’hekk iwassal biex jiġu identifikati kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu, jinstabu soluzzjonijiet u jiġu pprovduti gwidi filwaqt li jinstab bilanċ bejn l-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u ż-żamma sigura tan-nies.

Ara l-linji gwida minn hawn

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar