Barranin
Covid-19: Spanja tħabbar stat ta’ emerġenza fil-pajjiż

Fi Spanja, fir-reġjun Katalan ġiet imposta curfew ġdida li daħlet fis-seħħ il-Ħadd filgħaxija mill-għaxra sas-sitta ta’ filgħodu. Ir-reġjun sar l-ewwel fi Spanja li ħa miżuri simili wara li fil-pajjiż kien impost stat ta’ emeġenza iktar kmieni matul il-jum.

L-istabbilimenti kienu ordnati jagħalqu l-bibien fid-disa’ ta’ filgħaxija, siegħa qabel il-curfew, biex in-nies jilħqu jaslu lura fi djarhom.

Dan ir-reġjun flimkien mal-awtoritajiet reġjonali qed tħeġġeġ lill-gvern ċentrali biex jipprovdilhom support legali għall-curfews hekk kif kienu issikati wkoll restrizzjonijiet oħrajn. Il-prim ministru Spanjol Pedro Sanchez ta l-permess jagħmlu hekk minħabba ż-żieda qawwija fl-għadd ta ‘ każi.

Fir-reġjun Katalan, kienu reġistrati iżjed minn 23,000 każ u f’ġimgħa waħda biss bejn it-18 sat-23 ta’ Ottubru, l-għadd ta’ imwiet ammonta għal 155.