COVID-19
Covid-19: Tabiba Maltija tispjega għaliex ittieħdu ċertu miżuri iebsin f’Malta

It-Tabiba Melanie Zammit Burge, minn Mater Dei spjegat b’mod dettaljat u ċar għaliex il-gvern Malti u s-Supertendent għas-Saħħa ħadu ċertu miżuri iebsin.

Hija spjegat kif hemm żewġ metodi kif pajjiż jista’ jaffaċċja din il-pandemija. Hija qalet li l-aktar metodu faċli fejn il-popolazzjoni tikseb immunità hija permess ta’ vaċċin li f’dan ix-xenarju għad ma jeżistix.

Fin nuqqas ta’ dan qalet hemm 2 metodi kif il-gvernijiet jistgħu jaffaċċjaw pandemija;

1.il-virus jitħalla jinxtered b’mod mgħaġġel mal-popolazzjoni billi titħalla għaddejja l-ħajja normali, bħala ġara fl-Italja. Hekk ikun hemm numru kbir ta’ persuni infettati f’qasir żmien bil-pandemija tispiċċa f’qasir żmien. Iżda dan joħloq piżijiet kbar fuq il-qasam tas-saħħa u jkun hemm ħafna mwiet.

2. it-tieni metodu, liema implimenta l-gvern Malti, huwa li jitrażżan il-virus b’miżuri ħorox bħall-għeluq tas-skejjel, twaqqif ta’ titjiriet fost oħrajn biex jiġu kkontrollati każijiet serji u l-imwiet. B’dan il-metodu ma jkunx hemm piżijiet kbar fuq l-isptar u r-riżorsi tas-saħħa.

Isma’ x’qalet it-Tabiba Zammit Burg hawn;

Today a quick video on “Flattening The Curve”. Maltese version.#listentoourpublichealthofficials #practisesocialdistancing #practisehandwashing 💪🏻🦠❤️🌈Thank you Dr Ritianne Buhagiar for filmingSubscribe to YouTube channel: https://youtu.be/gGErz2zUy0I

Gepostet von Melanie Zammit Burg am Dienstag, 24. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ajruplan li kien fi triqtu lejn il-Ġappun bi provvisti mediċi ġġarraf fl-ajruport ta’ Manila, fil-Filippini fejn mietu 8 persuni li kienu abbord. Il-gvern Filippin kien se jibgħat għadd ta’ provvisti…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

COVID-19

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom. Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż…

Aktar