COVID-19
COVID-19: X’għandek tagħmel meta ddaħħal xirja prodotti d-dar?

Il-prodotti tal-merċa jistgħu jġorru l-COVID-19. Il-Virologu Dr Chris Barbara fil-programm Dissett ħeġġeġ biex ix-xirja titħalla f’iżolament għal tlett ijiem. F’każ li l-prodotti jkollhom jintużaw minnufih għandhom jintmesħu b’disinfetant.

“L-importanti li taqbad ċarruta nadifa, b’daqsxejn ilma u sapun u timsaħ l-affarijiet jekk għandek bżonn tużahom dak il-ħin. Il-ħaxix anki jekk ma jkunx hawn dan il-virus dejjem trid taħslu u tidisinfettah. Jekk tuża disinfetant tajjeb u tħallih il-ħin stipulat fuqu, allura l-virus kompletament ser imut.”

It-tabib ewlieni tal-Gvern Dr Denis Vella Baldachino, qal li minbarra l-ħasil tal-prodotti, importanti il-ħasil spiss tal-idejn.

“Għalina dak huwa l-ewwel kmandament. Kemm-il darba trid taħsilhom? Kemm trid, kemm hemm bżonn, ħadd ma qallek taħsilhomx. Aħsilhom sew. Agħmel ċert li qed taħsilhom sew u ma tħalli l-ebda wieħed u minn hemmhek diġà qed tippreveni.”

Dr Barbara qal li f’postijiet bħal fuq tal-linja, l-użu tal-wipes huwa essenzjali

“Hawn il-wipes bl-alkoħol u l-wipes bis-sappun, it-tnejn tajbin. Importanti li nieħdu din l-użanza li meta mmissu xi ħaġa f’post pubbliku, jista’ jkun buttuna ta’ lift, jista’ jkun ftaħna bieb ta’ ħanut, hemmhekk kif inlestu naħslu idejna, għax mingħajr ma taf ħa tmiss wiċċek.”

Dwar id-distanza bejn persuna u oħra, iż-żewġ tobba qalu li distanza ta’ metru hija biżżejjed, iżda din għandha tinżamm dejjem inkluż fil-kjuwijiet fuq l-istages u fil-banek.

Dr Barbara qal li l-pubbliku għandu jkun kawt fl-użu tal-maskli għax il-virus jista’ jinqabad fihom u jispiċċaw iservu bħala inkubatur quddiem l-imnifsejn.

“Jekk inti b’saħħtek u mintix tisgħol u tgħatas, għalxejn ħa toqgħod tara ħafna nies bil-maskli fuq wiċċhom, għax jekk jaqa’ xi qtar fuq dik li qisha tajjar fuq barra, iktar ser iżommu mxarrba u iktar ser tieħu nnifsijiet ‘il ġewwa u hemm il-probabilità jew il-possiblità li meta tinżaha tmiss tinkontamina u jdejk u tmiss wiċċek u l-virus iżjed jista’ jidħol.”

Dr Vella Baldachino qal li f’każ li l-firxa tal-Coronavirus tiżdied, l-Awtoritajiet ikollhom jintroduċu miżuri ġodda biex inaqqsu t-tixrid tal-COVID.

Intant segwi dan il-filmat, fejn tabib Amerikan jagħti wkoll il-pariri tiegħu dwar kif għandek tagħmel ix-xirja mingħand ħanut tal-merċa.

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Id-direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello kkonferma ma’ tvm.com.mt li dalgħodu d-Dipartiment irċieva telefonata dwar kelba li nstabet midruba fis-Siġġiewi u minnufih ħarġet l-ambulanza tal-annimali għaliha. Il-kelba ttieħdet l-isptar tal-annimali…

COVID-19

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-Maltin se jkunu jistgħu jsiefru lejn madwar 19-il pajjiż meta l-ajruport ta’ Malta jerġa’ jinfetaħ għat-titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju. Waqt il-programm Insights…

Qorti

Dalgħodu Yorgen Fenech reġa’ deher fil-Qorti biex tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni kontrih fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Is-seduta tal-kumpilazzjoni qed issir għall-ewwel minn meta ġiet posposta minħabba l-Covid-19. Il-każ instema’…

COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Aktar