Budget2021
Estiża sa Marzu 2021 l-Covid Wage Supplement

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li sal-lum permezz tal-COVID Wage Supplement ġew salvagwardjati mal-100,000 impjieg u ngħatat għajnuna lil aktar minn 20,000 kumpanija.

Qal li wara li l-Gvern tkellem mal-imsieħba soċjali se jestendi din l-għajnuna sal-aħħar ta’ Marzu 2021.

Spjega li huwa stmat li l-ispiża fuq din l-iskema se tlaħħaq sa €40 miljun fix-xahar.

Intant, dwar il-miżuri li jgħinu l-likdiwidità tan-negozji li tħabbru fil-Pjan tar-Riġenerazzjoni Ekonomika, fsothom it-tax deferrals, il-moratorium, is-self mill-banek garantit mill-Gvern kif ukoll is-sussidju fuq l-imgħax, dawn se jibqgħu fis-seħħ. Qal li lejn l-aħħar ta’ Marzu, 2021, se ssir evalwazzjoni ta’ dawn il-miżuri b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.