Lokali
Crane Currency jibdew jimpjegaw u jħarrġu l-ħaddiema – il-fabbrika kważi lesta

Sa tmiem din is-sena il-kumpanija Amerikana Crane Currency se tkun qed tistampa l-karti tal-flus fil-fabbrika ġdida f’Ħal Far li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuqha kważi tlesta.

Fl-istess waqt, il-kumpanija bdiet timpjega wħud mill-200 ħaddiem li se jaħdmu fiha fosthom studenti mill-MCAST li għadhom kif temmew b’suċċess kors dwar l-istampar li sar bejn Jannar u Ġunju li għadda.

Waqt li f’Ħal Far għaddej ġmielu x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-fabbrika ġdida tal-kumpanija Amerikana Crane Currency, uħud mill-200 ħaddiem li se jibdew jaħdmu fiha bdew jieħdu t-taħriġ barra minn Malta u jħejju għall-wasla tal-magni li qed jinħadmu apposta biex jintużaw għall-produzzjoni u l-istampar tal-karti tal-flus.

“Ilna mill-aħħar ta’ Mejju li bdejna magħhom, qegħdin għal qalbna ħafna, morna training fl-Awstrija wkoll għal għaxart ijiem”

“Hija sfida ġdida, inti ovvjament biex tiċċaqlaq tagħmel ir-riċerka tiegħek din hi kumpanija stabbilità ħafna”

“Dawn se jinvestu miljuni kbar f’din il-kumpanija u aħna speċi qed naraw futur kbir għalina.”

“Ħadna training l-Awstrija u issa looking forward biex nibdew hawn Malta”, qalu l-ħaddiema.

Waqt laqgħa mal-ħaddiema ġodda u oħrajn prospettivi, id-direttur tal-operat ta’ Crane Currency f’Malta, John Scott qal li l-pjan tal-kumpanija miexi kif skedat.

“We will be producing banknotes out of this new factory before the end of 2017 and we will be in full production very early 2018, we’re in a very fortunate position that our order book and customer base means we can allocate various orders it’s not the case of taking the only one that’s given”, qal John Scott, id-Direttur tal-Operat ta’ Crane Currency.

Waqt li wħud mill-ħaddiema li ntgħażlu sa issa jinkludu persuni li għandhom ‘l fuq minn 30 sena esperjenza f’xogħol simili, il-manager tar-riżorsi umani Alexandra Agius spjegat li r-reklutaġġ jinkludi taħlita fosthom studenti li għadhom kif temmew b’suċċess kors speċifiku dwar l-istampar li sar mill-MCAST.

“Aħna rridu li nrawmu t-talent tagħna – filfatt l-MCAST ħarġu b’kors tajjeb ħafna fuq printing u qed nagħżlu l-livell l-iktar baxx in relation to the printing process u qed neħduhom minn hemm biex inkunu ovvjament nistgħu nikkombinaw il-crews tal-impjegati tagħna kif suppost”, qalet Alexandra Agius, il-Manager tar-Riżorsi Umani ta’ Crane Currency.

F’Settembru li għadda, il-kumpanija Amerikana ħabbret li se tinvesti mitt miljun dollaru Amerikan f’fabbrika ġdida f’Malta li mistennija tibda b’madwar mitejn ħaddiem. L-ewwel ġebla tal-fabbrika tqegħdet waqt ċerimonja f’Diċembru li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Andre Bugeja ta’ 19-il sena u Massimo Fasanelli ta’ 18-il sena, it-tnejn minn Tas-Sliema, baqgħu miżmuma arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li fil-lejl bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ppubblika l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-presepji. Il-kompetizzjoni se tkun imqassma f’sitt sezzjonijiet, li jinkludu presepji mekkanizzati u dawk statiċi ta’ daqsijiet differenti….

Lokali

Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-kampanja internazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li se ddum għaddejja sittax-il ġurnata, mill-24 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru. Il-Kummissarju kontra l-Vjolenza Domestika, Joe Gerada, qal li…

Lokali

Ftit ġimgħat wara l-ftuħ tal-uffiċini ta’ Business First fl-Imrieħel, tnedew korsijiet ta’ taħriġ għall-imprendituri żgħar u kbar maħsuba biex dejjem jaġġornaw ruħhom aktar mal-opportunitajiet li jistgħu jisfruttaw biex ikomplu jiżviluppaw…

Aktar