Ekonomija u Finanzi
Creditreform Rating tikkonferma r-rating ta’ Malta A+ bi prospetti stabbli

L-Aġenzija internazzjonali Creditreform Rating ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A+ għalkemm irrevediet il-prospetti tal-ekonomija Maltija minn pożittivi għal stabbli fl-isfond tal-inċertezzi għat-tkabbir ekonomika u għall-finanzi tal-Gvern ikkawżat mill-pandemija Covid 19. L-ekonomisti tal-Aġenzija qalu li jekk jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomika, l-ekonomija Maltija tibda tirkupra mit-tieni nofs ta’ din is-sena.

L-ekonomisti tal-Aġenzija Creditreform Rating stqarrew li huma fiduċjużi li l-ekonomija Maltija ser tirkupra mill-effetti tal-pandemija u qed ibassru li mit-tieni nofs tas-sena jekk jitneħħew restrizzjonijiet imposti minħabba l-Covid 19, l-ekonomija Maltija tibda tirkupra fit-tieni nofs tas-sena u tkompli tissaħħaħ wara għalkemm qalu li jibqa’ inċertezzi għal żmien medju u fit-tul minħabba l-ekonomija globali. Waqt li kkonfermaw ir-rating fil-level ta’ A Plus irrevedew minn pożittiv għal stabbli l-prospetti tal-ekonomija Maltija.

Żiedu jgħidu li l-miżuri li ttieħdu mill-gvern biex itaffu l-effett tal-pandemija kemm għan-negozji kif ukoll għal familji qegħdin jimmitigaw l-effetti tal-kriżi għalkemm ser jirriflettu ruħhom f’dejn akbar għall-Gvern iżda jinnutaw li Malta kellha rata baxxa tad-dejn u għaldaqstant tiflaħ li tiddejjen.

It-tħassib tal-ekonomisti tal-Aġenzija huwa għal fatt li l-ekonomija Maltija hija ekonomija miftuħa u tiddependi mill-ekonomija globali fosthom it-turiżmu u l-manifattura li se jintlaqtu mis-sitwazzjoni f’pajjiżi oħrajn li jispiċċaw jirriflettu ruħhom fuq il-konsum domestiku u l-attività ekonomika. L-Aġenzija qed tbassar li din is-sena, il-Gvern flok surplus ser ikollu defiċit ta’ 8% li ser jirriżulta minħabba dħul inqas mit-taxxi kif ukoll għax il-Gvern nieda skemi għal ħaddiema u għan-negozji li ser iżidu n-nefqa tal-Gvern. Qal li l-pakkett ta’ miżuri tal-Gvern Malti jilħaq kważi 14% tal-Prodott Domestiku Gross.

Waqt li l-Aġenzija tfaħħar il-mizuri li ttieħdu mill-Gvern biex itaffi din il-kriżi, xorta qed tbassar li wara ħafna snin l-ekonomija Maltija ser turi tnaqqis ta’ 5.5% din is-sena għalkemm tkompli tgħid li tistenna li sas-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija terġa’ tikber b’4.8% kemm-il darba, il-pandemija tonqos.

L-ekonomisti qalu li l-indikaturi tat-turiżmu diġà juru li l-industrija f’Malta qalgħet daqqa kbira, mill-banda l-oħra jgħidu li setturi oħra tla-ekonomija Maltija fosthom il-gaming ser ikomplu jiġġeneraw l-ġid għall-pajjiż.Ibassru wkoll żieda temporanja fil-qgħad waqt li jinnutaw li l-għeluq tal-iskejjel se jolqot ħażin is-suq tax-xogħol. L-Aġenzija Creditreform Rating tgħid li l-proġetti tal-Gvern ser ipattu xi ftit għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Malta Police Association qalet li l-amnestija għall-multi li weħlu ċertu individwi, minħabba l-miżuri li daħlu fis-seħħ minħabba Covid 19 meta nġemgħu fi gruppi kontra l-avviżi legali, hija insult kbir għall-ħidma…

COVID-19

Il-Pulizija se takkuża żewġ persuni – wieħed b’theddid fuq uffiċjal pubbliku u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u ieħor li ostakola t-triq b’vettura waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji meta nhar it-Tnejn filgħaxija…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u negozji li jeħtieġu l-għajnuna. Qal li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu…

Aktar