Kronaka
Cristiano nħareġ mill-isptar u ttieħed mis-sorijiet tal-Ursolini

Iċ-ċkejken Cristiano, li tlett ijiem ilu nstab abbandunat f’parapett f’Buġibba, inħareġ mill-isptar u ngħata fil-kustodja tas-sorijiet tal-Ursolini.

It-tarbija tat-twelid tinsab fi stat ta’ saħħa tajjeb u tpoġġiet taħt ordni ta’ ħarsien temporanju.

Flimkien ma’ Cristiano, tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ ħarsien ħuħ ta’ sena, li wkoll se jkun qed jinżamm mis-sorijiet tal-Ursolini. Dan wara li ġiet identifikata omm it-tarbija.

L-omm taż-żewġt itrabi, li hija Maltija, qed tgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta tal-Maġistrat Joe Mifsud. Sadanittant il-Qorti ordnat biex ma jissemmewx l-ismijiet tal-omm u l-qraba kollha tat-tarbija.

Identifikata omm it-tifel abbandunat

Tħaddan magħha lil binha Cristiano – jinstab ukoll is-sieħeb tat-tfajla

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Għal 15-il sena sħaħ, Eileen Mercieca ilha ġġorr is-salib ta’ marda rari li tikkaġunala infjamazzjonijiet madwar ġisimha kollu u xi drabi jħalluha bla saħħa mitluqa fis-sodda għal jiem sħaħ. Dil-marda…

Lokali

Botta u risposta bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern dwar il-femiċidju bil-Partit Nazzjonalista jgħid li l-Ministru Helena Dalli għandha terfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqasijiet fil-qasam tal-vjolenza domestika, u l-Gvern jgħid li l-Oppożizzjoni hija rresponsabbli…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà, Chris Agius stqarr li l-Gvern u s-settur privat jistgħu jaħdmu id f’id biex flimkien jipprovdu housing affordabbli. Is-sur Aguis kien qed jitkellem f’konferenza tal-Malta…

Lokali

Kompliet is-saga bejn attivisti ta’ Occupy Justice u l-awtoritajiet dwar it-twaħħil ta’ strixxuni u xemgħat b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia mal-monument tal-Assedju l-Kbir li wara l-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vittorja…

Aktar