Barranin
Cristiano Ronaldo jinfaqa’ jibki waqt intervista

Il-futboler Cristiano Ronaldo nfaqa’ jibki waqt intervista li saritlu minn Piers Morgan. Dan wara li qal li missieru, li kien jixrob qatt ma kellu l-opportunità jarah isir stilla.

L-attakkant ta’ Juventus ta’ 34 sena stqarr li bilkemm jaf lil missieru Dinis. Missieru kien suldat u miet fl-2005 fl-età ta’ 52 sena.

Ronaldo stqarr li missieru kien sakranazz u qatt ma kellu konverżazzjoni ma’ missieru bħalma iben ikollu ma’ missier.

Huwa ġie muri filmat ta’ intervista li saret ma’ missieru qabel il-Euro 2004 fil-Portugall. Hekk kif ra l-filmat u sema’ l-vuċi ta’ missieru  jitkellem dwaru huwa nfexx jibki.

Meta kien mistoqsi x’jagħmlu daqshekk imnikket meta jaħseb fuq missieru, Ronaldo qal li missieru ma kellux l-opportunità jarah jikber fl-isport u jikseb is-suċċessi li kiseb.

Matul l-intervista, l-istilla Portugiż tkellem ukoll dwar l-għarusa tiegħu Georgina Rodriguez.

L-intervista ta’ Ronaldo ma’ Piers Morgan se tixxandar għada.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Barranin

L-Istati Uniti ssanzjonaw żewġ ministri Torok u tliet uffiċjali għolja tal-Gvern Tork b’reazzjoni għall-offensiva militari fit-tramuntana Sirjana. Il-Viċi President Mike Pence qal li l-President Donald Trump kellu telefonata mal-President Erdogan…

Brexit

Fir-Renju Unit, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni għamlet diskors fil-ftuħ tal-Parlament fejn qalet li l-prijorità għall-Gvern imexxi mill-Prim Minsitru Boris Johnson hija li joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ dan ix-xahar….

Aktar