X

Cristiano se jingħata f’idejn is-sorijiet tal-Ursolini

TVM infurmat li se toħroġ care order għal Cristiano, it-tarbija li nstabet abbandunata lbieraħ f’parapett f’Buġibba.

It-tarbija bħalissa tinsab l-Isptar, iżda eventwalment se tittieħed għand is-sorijiet tal-Ursolini.

Bħalissa, għaddej koordinament bejn il-Maġistrat Joe Mifsud u l-Ispettur Godwin Scerri u l-FSWS. Is-Sur Steve Libreri, miċ-Child Protection Unit, inħatar biex jgħin fl-inkjesta.

TVM huwa infurmat ukoll li, jekk tinstab l-omm, hija se tingħata kull għajnuna.

Is-Surġent Glen Carabott, li ħaddan it-tarbija miegħu meta refagħha minn fuq l-għatba rringrazzja lil kull min wera interess li jgħin lit-tarbija. F’post fuq il-midja soċjali rringrazzja lil dawk kollha li marru l-għassa tal-Qawra biex jagħtu ħwejjeġ u affarijiet oħra li jiġu fi bżonn it-trabi.

 

Ara wkoll:

ARA: “Malli erfajtu qabżitli demgħa” – is-Surġent li sab lit-tifel abbandunat

ARA: Qabadha l-bard meta niżlet u sabet lit-tarbija mal-art wara l-bieb

rg :