Unjoni Ewropea
Cyrus Engerer maħtur biex iħejji rapport dwar id-drittijiet fundamentali fl-UE

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista, Cyrus Engerer, ġie maħtur bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq ir-rapport dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, intqal li dan huwa s-sitt rapport li Engerer ġie fdat bih bħala negozjatur fl-ewwel 9 xhur tal-mandat tiegħu.

F’kummenti wara l-ħatra tiegħu, l-MPE Engerer qal li d-drittijiet fundamentali huma pilastru għad-demokrazija, hija l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tipproteġi l-libertà u l-identità ta’ kull persuna bħala individwu uniku.

Stqarr li din hi opportunità biex juri r-realtà tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż f’Malta.