Qorti
Daħal biex jisraq mid-dar tal-kunjata fiż-Żejtun b’sellum mal-faċċata

Francois Zammit ta’ 40 sena u sieħbu Ronald Azzopardi ta’ 31 sena, it-tnejn minn Ħaż-Żabbar baqgħu miżmuma arrestati waqt li tressqu l-Qorti akkużati b’attentat ta’ serq u b’kompliċità rispettivament u li huma riċedivi.

L-Ispettur Trevor Micallef qal li Zammit daħal sabiex jisraq mid-dar tal-kunjata tiegħu fiż-Żejtun billi tela’ b’sellum minn mal-faċċata għal fuq il-bejt. Sieħbu Azzopardi wasslu bil-karozza tiegħu u meta tela’ bis-sellum, ħa s-sellum lejn ir-residenza ta’ Zammit.

L-Ispettur qal li fid-dar kien hemm tfajla li tiġi mill-mara ta’ Zammit li semgħet il-bibien jinfetħu bil-pulizija taqbad fil-fatt lil Zammit fid-dar wara li xi ħadd informahom bil-vettura li kien qed isuq Azzopardi u bil-movimenti tas-sellum barra d-dar.

Żied li meta qabduh, Zammit lill-Pulizija qalilhom li mar id-dar sabiex jara lit-tifla iżda kien jaf li t-tifla, ommha u l-kunjata kienu l-baħar u daħal biex jisraq għax ħaseb li ma kien se jkun hemm ħadd.

L-akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi bl-avukati difensuri, Franco Debono u Marion Camilleri jagħmlu talba għall-ħelsien mill-arrest li għaliha l-prosekuzzjoni oġġezjonat.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba minħabba li x-xhieda pajżana huma magħrufa mal-akkużati u hemm biża’ ta’ ntralċ tal-provi.

Ara wkoll:

Raġel arrestat fiż-Żejtun wara li nstab jistaħba fuq bejt ta’ residenza privata

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar