Elezzjoni
“Dak li bdejna rridu nkompluh” – Adrian Delia

Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li anke fil-perjodu li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, matul dawk il-25 sena, beda jnaqqas fil-voti. Spjega li fl-2013, il-Partit Laburista ħareġ b’saħħtu u baqa’ jżid. Madankollu, Dr Delia qal li fl-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista ħadem fuq l-għaqda u din il-ħidma bdiet tagħti l-frott tagħha. Sostna li baqa’ xi jsir u li mir-riżultat tal-lum il-Partit Nazzjonalista għandu x’jitgħallem.

Fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti, għall-mistoqsijiet ta’ TVM, Dr Delia qal li l-poplu jistenna li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jiġġedded u jkun miftuħ għall-ideat.

Dwar il-powsters li twaħħlu fuq il-każini tal-Partit Nazzjonalista bil-kliem “Jixraqilna aħjar. Nazzjonalisti”, Dr Delia qal li ma jaf xejn dwaru u li l-aktar importanti hija r-responsabbiltà li għandha l-Oppożizzjoni għall-pajjiż u biex l-Oppożizzjoni tibqa’ tissaħħaħ.

Kompla jgħid li kulħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà tal-vot biex il-Partit Nazzjonalista jara fejn naqas, jitgħallem u jikber. Saħaq li ma kellu ebda illużjoni li l-proċess se jsir fi ftit żmien li ilu jmexxi lill-Partit Nazzjonalista u saħaq li l-mandat li għandu fadallu u li beda jrid ikomplih.

Segwi l-kummenti ta’ Adrian Delia fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti f’dan il-filmat:

Ara wkoll:

“Naċċettaw ir-riżultat b’umiltà. Irridu nifhmu għaliex il-PN ma sarx l-għażla tan-nies” – il-Kap tal-PN

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar