Dalli: Il-pajjiżi Għarab huma kruċjali biex il-Libja tibqa’ magħquda

L-Ewroparlamentari Maltija Miriam Dalli qalet li l-pajjiżi Għarab huma kruċjali biex jgħinu ħalli tinstab soluzzjoni għall-instabbilita’ li teżisti fil-Libja.

Hija kienet qed tieħu sehem fil-programm ‘The Network’ li jixxandar fuq Euronews.

Miriam Dalli Euronews (2)Matul l-edizzjoni tal-programm, il-ġurnalist Chris Burns iffoka fuq l-instabilità li teżisti fil-Libja flimkien mal-mistiedna Farida El-Allagi Chargée d’Affairs tal-Libja għall-Unjoni Ewropeja; Marc Pierini, minn Carnegie Europe u li kien Ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea fil-Libja u l-MEP Maltija Miriam Dalli.

Matul il-programm Miriam Dalli qalet li f’dan il-punt hemm bżonn ta’ sforz diplomatiku aktar b’saħħtu. Sostniet li s’issa l-Unjoni Ewropea qagħdet pass lura u ċertu Stati Membri lanqas kienu qed jaċċettaw dak li kien qed jiġri fil-Libja. “L-affarijiet bħal donnhom qegħdin jimxu issa, imma messhom iċċaqalqu ferm qabel. Irrid nara sforz diplomatiku aktar b’saħħtu li jista’ jgħin iwassal għal ftehim ta’ gvern ta’ unita nazzjonali, li huwa parti mis-soluzzjoni,” enfasiżżat Dalli.

Filwaqt li tkellmet kontra xi operazzjoni militari unilaterali, Miriam Dalli qalet li kwalunkwe azzjoni fil-Libja għandha ssir taħt il-mandat tan-Nazzjonijiet Magħquda. “Hemm bżonn li n-Nazzjonijiet Magħquda u l-pajjiżi Għarab jkunu minn ta’ quddiem. Il-pajjiżi Għarab huma kruċjali biex tinstab soluzzjoni. Jekk irridu nsibu soluzzjoni dejjiema, allura trid tkun soluzzjoni mill-Libjani għall-Libjani,” sostniet Dalli.

Miriam Dalli Euronews (3)Marc Pierini irrijaferma din l-istqarrija u żied jgħid li jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-Libjan infushom, l-azzjonijiet tal-kommunità internazzjonali jkunu limitati ħafna.

Dwar il-kwistjoni tar-refuġjati, Dalli qalet li l-Unjoni Ewropeja għandu jkollha kontrolli u hemm bżonn ta’ sforz Ewropew li s’issa għadu ineżistenti “M’hu qed nara l-ebda impenn minn naħa tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja xi operazzjoni simili ghal Mare Nostrum u Triton m’hijiex qed tindirizza s-sitwazzjoni,” sostniet. Dalli qalet li hemm bżonn t’azzjoni immedjata. “L-ewwel u qabel kollox hemm bżonn ta’ solidarjeta bil-fatti u l-infrastruttura meħtiega biex tirċievi refuġjati li jaħarbu mill-gwerrer sakemm imorru lura f’pajjiżhom,” żiedet tgħid. Miriam Dalli qalet li l-isforz ewlieni li għandu jsir huwa biex il-Libja tinżamm magħquda filwaqt li żiedet tgħid, “hemm bżonn ta’ stabbilita’ fil-Libja, jekk irridu stabbilita’ fil-Mediterran u stabbilita’ fl-Ewropa.”

Tista’ tara l-programm billi tagħfas hawn.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Kronaka

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, ilbieraħ waranofsinhar, irriżultat fl-arrest ta’ ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu u żewġ tfajliet, ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura rispettivament,…

Aktar