
Press Briefings
DALWAQT: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19
Fin-12.30pm is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se tkun qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Waqt il-bulettin mediku tal-bieraħ il-Professur Gauci qalet li kien hemm 14-il każ ġdid ta’ Covid-19, u li fiequ seba’ persuni.
L-aġġornament tal-lum jixxandar bħas-soltu fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.