
Press Briefings
DALWAQT: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19
Fin-12.30pm is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se tkun qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Ilbieraħ fil-bulettin mediku ħareġ li kien hemm 14-il każ ġdid wara li saru total rekord ta’ testijiet ta’ 1,726. Ma’ dawn 2 pazjenti oħra fiequ.
L-aġġornament tal-lum jixxandar bħas-soltu fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.