Press Briefings
DALWAQT: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa sal-bieraħ, instabu 11-il każ tal-Covid-19 wara li saru 1,519-il swab.

Fl-istess waqt erba’ pazjenti li kellhom il-virus issa ġew dikjarati mfejqa.

B’dawn iċ-ċifri, issa baqa 103 persuni li għadhom ma ħelsux mill-virus.

Mindu feġġ l-ewwel kaz ta’ coronavirus f’Malta fis-seba’ ta’ Marzu, Malta kellha 569 każ.

Minnhom diġa fiequ 460 u sitt pazjenti mietu waqt li kellhom kundizzjonijiet mediċi oħra li għamluhom aktar vulnerabbli u b’riskju akbar.

Intant, fin-nofs siegħa hu skedat li jkun hemm bulettin mediku mis-supretendent tas-saħħa pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Dan se jixxandar dirett fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.

Tista’ ssegwi l-konferenza hawn:

https://www.facebook.com/TelevisionMalta/videos/286350752392727/