COVID-19
Il-PM iħabbar pakkett ta’ miżuri għan-negozji u l-familji b’investiment ta’ €2 biljun

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda pakkett ta’ għajnuna sabiex jipproteġi n-negozji u l-impjiegi li jiswa’ mal-€1.81 biljun.

Fost il-miżuri li tħabbru l-ġenituri li kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħu ħsieb uliedhom se jingħataw xahrejn ta’ leave addizzjonali filwaqt li ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom se jingħataw €800 fix-xahar. L-istess pagament se jingħata għal dawk il-persuni b’diżabiltà li qed ikollhom jibqgħu d-dar u ma jistgħux jaħdmu b’telework. Tħabbar ukoll li se jiżdiedu s-sussidju tal-akkomodazzjoni soċjali għal dawk il-persuni li tilfu l-impjieg tagħhom.

Miżuri simili tħabbru għall-persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ self employed li fost l-oħrajn se jingħataw benefiċċju ta’ 800 fix-xahar. Għal dawk il-persuni self employed li jimpjegaw nies magħhom il-Gvern se jkopri wkoll għall-massimu ta’ ħames t’ijiem ta’ xogħol mitluf. Apparti minn dan, negozji li l-produzzjoni tagħhom naqqset b’25% se jingħataw ħlas ta’ ġurnata fil-ġimgħa.

Bħala parti minn dan il-pakkett finanzjarju li jammonta għall 12.9% tal-prodott domestiku gross ta’ Malta se jingħata €350 lin-negozji għall-kull impjegat li jingħata l-leave tal-kwarantina.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega li l-Gvern se jssellef biex jagħti nifs lill-kumpaniji u ma jħallsux ċertu taxxi u bolla. Il-Gvern qed jistma’ li din il-miżura se tiswa bejn l-€400 miljun u €700 miljun. Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll pakkett temporanju ta’ emerġenza ta’ €210 miljun fuq spejjeż biex jgħinu negozji u familji li ma jitilfux impjiegi.

€35 miljun waħedhom ġew iddedikati għall-għall-awtoritajiet tas-Saħħa għal kull riżorsi li jiġu meħtieġa biex jiġġieldu l-COVID-19 fosthom apparat mediku u infrastruttura.

Qal ukoll li ll-Gvern laħaq ftehim mal-NDSF biex jagħti €150 miljun ta’ garanziji li l-banek jafu li jistgħu jkopru l-likwidità ta’ kumpaniji sa 750 miljun.

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li b’effett immedjat Malta mhux se tkompli taċċetta talbiet applikazzjonijiet minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal xogħol ħlief għal dawk li huma meqjusa ta’ ħila kbira. Intqal li l-Gvern se jgħin barranin li tilfu xogħlhom issibu impjieg ieħor f’Malta.

Intant f’reazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia qal li dan mhux mini-budget iżda budget minimu.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Il-Prim Ministru jindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

The Prime Minister addresses a press conference on COVID-19

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 18. März 2020

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar