Lokali
Il-PM jiżvela t-tħejjijiet ta’ Malta f’każ ta’ Brexit bla ftehim

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit.

Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u rrefera wkoll għas-sitwazzjoni tal-Ingliżi li jgħixu Malta wara li jseħħ Brexit.

Il-Prim Ministru qal li wara l-laqgħa tal-bieraħ tal-Kabinett, ġew diskussi 36 miżura li jkunu jeħtieġ jittieħdu f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE.  Dr Muscat qal li se jintlaqtu 82 liġi u għalhekk il-Gvern qed iħejji għal din l-eventwalità.

Fuq livell nazzjonali, it-tħejjijiet huma ffukati fuq il-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u l-jeddijiet taċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu f’Malta.

Qal li f’Malta hawn mat-13,000 Ingliż jgħixu Malta, li 5,000 jaħdmu f’pajjiżna.  Dr Muscat fisser kif dawk li se jibqgħu jgħixu Malta sad-29 ta’ Marzu li ġej iridu japplikaw għal dokument ġdid ta’ residenza.  Fir-rigward tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit iridu japplikaw għal status speċjali wkoll biex jissalvagwardjaw ċerti drittijiet bħall-pensjonijiet.

Dr Muscat ta dettalji wkoll ta’ kif se jintlaqat l-ivjaġġar taċ-ċittadini bl-ajru, il-ftehimiet eżistenzi tas-saħħa, kif ukoll il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

Huwa qal li Malta tinsab fi stadju avvanzat ħafna fit-tħejjijiet u spjega kif fil-jiem li ġejjin se jkun hawn Malta rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea biex jaraw l-andament ta’ dawn it-tħejjijiet b’rabta ma’ Brexit.

Se titnieda helpline f’Malta u fir-Renju Unit dwar l-effetti ta’ Brexit, kemm jekk jintlaħaq ftehim, kif ukoll jekk ma jintlaħaqx ftehim.  Appella biex il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit jikkuntattjaw lill-Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit biex ikunu aġġornati bl-iżviluppi.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Aktar