Teknoloġija
Dalwaqt: L-Intelliġenza Artifiċjali fit-tablets tal-istudenti u t-traffic lights

L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali, li għandha r-responsabiltà li tirregola s-settur tad-Distributed Ledger Technologies u l-Intelliġenza Artifiċjali, għaddejja b’taħdidiet ma’ numru ta’ entitajiet fosthom Transport Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex tintuża l-aħħar teknoloġija għall-benefiċċju tal-pubbliku.

Stephen McCarthy, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ qal li fi żmien tliet snin ser isiru sitt proġetti pilota li ser tkun qed tamministrahom l-Awtorità fosthom biex is-sistemi tat-traffic lights jaqilbu skont it-traffiku.

Is-Sur McCarthy qal li l-Awtorità għaddejja b’ħidma mal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex l-Intellġenza Artifiċjali tgħin il-proċess edukattiv tal-istudenti b’ħiliet differenti.

“Per eżempju jkollok klassi li tuża t-tablet u jkun hemm is-somom – dawn jaħdmu somma partikolari l-istudenti li fis-somma partikolari jgħaġġlu u javvanzaw fiha jmorru awtomatikament f’livell ieħor. Dawk l-istudenti li jsibuha diffiċli, l-Artifical Intelligence tifagħlek is-somma li hija ta’ livell inqas minn dak biex l-istudenti jimxu skont il-pass individwali tiegħu.”

Spjega li l-Awtorità ċċertifikat is-sistema tal-blockcain użata mill-Awtorità tad-Djar biex il-pubbliku jirreġistra l-kuntratti tal-kirijiet online.

“Iċ-ċertifikazzjoni tagħna huwa l-uniku wieħed fid-dinja li jidħol fil-code level. Għandna ħamsa awdituri – kwalifikati magħna li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol u nidħlu fil-code level biex min qed jużaha din it-tip ta’ teknoloġija jserraħ moħħu li qed jgħidlu l-operatur veru t-teknoloġija qed tagħmel hekk.”

Is-Sur McCarthy qal li kważi sentejn wara li twaqqfet l-Awtorità sar xogħol minn wara l-kwinti biex tippromwovi l-politika tal-Gvern biex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza għall-innovazzjoni teknoloġika waqt li timplimenta politika biex il-kumpaniji reġistrati jimxu mal-liġijiet lokali u internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Reliġjon

Il-knejjes baqgħu bil-bibien magħluqa u l-bankijiet vojta. Għall-Ġimgħa l-Kbira din hi xena li qatt ħadd ma esperjenza, lanqas fil-gwerra! Diversi parroċċi xandru fuq il-midja soċjali mumenti ta’ talb quddiem l-altar…

Avjazzjoni

L-assoċjazzjoni Maltija tal-avjazzjoni kummerċjali (MBAA) qed titlob kjarifiki mingħand il-gvern b’rabta mal-għajnuna finanzjarja li ġiet imħabbra. Fi stqarrija l-MBAA qalet li l-avjazzjoni kummerċjali hija l-ikbar settur tal-avjazzjoni u tikkontribwixxi iktar…

Aktar