COVID-19
ARA: Prof Gauci tgħid li nħarġu ħames multi ta’ €3,000

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti jew bars li ma kinux qed isegwu l-miżuri restrittivi.

F’intervista diretta waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, Prof Gauci qalet li dawn iċ-ċitazzjoni inħarġu wara li saru ‘l fuq minn 200 spezzjoni. TVM infurmat li l-biċċa l-kbira tal-multi nħarġu lil sidien ta’ stabbilimenti f’Paceville, minn fejn ħareġ l-ikbar grupp ta’ persuni infettati.

Prof Gauci żiedet li saru wkoll ‘il fuq minn 250 spezzjoni fil-ħwienet tar-retail, li minnhom 34 ġew immultati.

Hija tkellmet ukoll dwar l-użu tal-visors u l-maskri, fosthom fit-tfal. Segwi l-intervista sħiħa:

Ara wkoll:

Tfal taħt it-tliet snin m’għandhomx jitlibbsu maskra