Ambjent
Dalwaqt se jispiċċaw it-tazzi tal-plastik

Sal-2021 se jiġu projbiti l-pożati li jintużaw darba biss, il-cotton buds, l-istraws, il-ħawwada tax-xorb u oġġetti simili oħrajn magħmula mill-plastik.

Dan wara li l-Parlament Ewropew illum approva liġi ġdida li tipprojbixxi oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss.  560 Membru tal-Parlament Ewropew ivvutaw favur il-ftehim mal-Ministru tal-UE, 35 ivvutaw kontra u 28 astjenew.

Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jilħqu l-mira li jiġbru 90% tal-fliexken tal-plastik sa 10 snin oħra, filwaqt li l-fliexken tal-plastik irid ikollhom mill-inqas 25% ta’ kontenut riċiklat sal-2025 u 30% sal-2030.

Il-MPE Belġjana Frederique Ries qalet li din il-liġi se tnaqqas il-prezz tal-ħsara ambjentali bi €22 biljun.  Fi stqarrija tal-PE ġiet ikkwotata tgħid li l-UE għandha mudell leġislattiv li huwa essenzjali għad-dinja kollha, b’mod speċjali fil-ħarsien ambjentali tal-ibħra mill-plastik.

Skont il-Kummissjoni Ewropea, iktar minn 80% tal-iskart li jispiċċa fil-baħar huwa plastik.  Dan it-tip ta’ skart idum ħafna biex jiddiżintegra u biċċiet minnu jispiċċa jittiekel minn speċi tal-baħar tant li qed jikkawża l-mewt tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Muzikali Maria Assunta u l-75 sena tal-Banda Maria Assunta tal-Gudja, ġiet ippreżentata plakka ta’ apprezzament u rikonoxximent mill-President tas-Soċjetà Omar Xuereb lil Tonio Portughese, President Onorarju…

Tfal

Wara li ftit tal-jiem ilu daħlet fis-seħħ il-liġi tal-protezzjoni tal-minuri, il-Ministru għall-familja Michael Falzon ħabbar li familja li tiffosterja t-tfal f’każijiet straordinarji tista’ tadotta lit-tfal fil-kura tagħha wara tliet snin….

Lokali

L-għodwa għal John Cortis minn Ħal Qormi ma kinitx bħas-soltu. Ma’ TVM spjega li dalgħodu xħin qam xamm riħa ta’ ħruq u sema’ xi tfaqqigħ bħal bombi tal-festa. Huwa ħaseb…

Aktar