Knisja Maltija
Il-Quddies se tibda tiġi ċċelebrata fit-13 ta’ Ġunju fil-knejjes kollha

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li fil-festa ta’ Corpus Domini ser jerġa’ jibda jkun ċelebrat il-quddies fil-knejjes kollha. Spjega li l-konferenza episkopali tal-Isfqijiet Maltin wara konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa ddeċidiet li ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u t-tqarbin jerġa’ jibda fit-13 u l-14 ta’ Ġunju.

Monsinjur Scicluna qal li fil-knejjes ser jidħlu numru limitat ta’ parruċċani skont id-daqs tal-knisja biex tkun tista’ tinżamm id-distanza soċjali. Qal li ser isiru laqgħat mal-kappillani biex ikun deċiż dan in-numru ta’ nies li jistgħu jidħlu f’kull knisja għall-quddiesa. Qal ukoll li t-tqarbin ser isir b’kawtela u attenzjoni għas-saħħa ta’ kulħadd.

“Is-saċerdot se juri l-Ewkaristija lin-nies u nagħmlu l-att ta’ fidi u s-saċerdot meta jersaq lejna u jkun libes il-viser ma nagħmlux djalogu miegħu, idejna noħorġuhom lejn is-saċerdot mingħajr ma jmiss l-idejn tagħna jagħtina lill-Ġesù. Tajjeb li biex it-tqarbin isir b’ċertu dinjità wieħed juża l-viser għax tista’ tgħollih b’dinjità u terġa’ tniżżlu.”

L-Arċisqof Scicluna qal li importanti li wieħed iħossu sigur għax il-Knisja hija ambjent li jagħti saħħa kemm lir-ruħ kif ukoll lill-ġisem. Huwa appella biex tinżamm id-dixxiplina fosthom l-iġjene filwaqt li wera t-tama li matul is-sajf isiru l-funzjonijiet tal-praċett u l-Griżma tal-Isqof.

L-Awtoritajiet tal-Knisja, qal Monsinjur Arcisqof iddeċidew li d-dispensa dwar l-obbligu tal-attendenza tal-quddies ser tibqa’ fis-seħħ biex dawk li għal xi raġuni ma jistgħux imorru l-Knisja ser ikun biżżejjed li jisimgħu l-quddies minn fuq il-mezzi tax-xandir fosthom tvm 2 li qed ixandar quddiesa kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar