Politika
AĠĠORNAT: Tibdil fil-portafoll tal-kelliema tal-oppożizzjoni – Dr Delia: “It-tibdil jindika l-prijoritajiet tal-partit”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li dalwaqt iħabbar tibdil fil-portafoll tal-kelliema tal-oppożizzjoni dwar diversi oqsma, li mbagħad tħabbru aktar tard mal-jum. Qal li s-shadow cabinet il-ġdid se jiffoka fuq l-ambjent, il-governanza lokali, is-soċjetà diġitali u l-pensjonijiet sostennibbli.

Intervistat fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tenna li bit-tliet pakketti ta’ għajnuna li tħabbru mill-gvern se jintlaħqu biss sittin elf ħaddiem, u mija u għaxart elef oħra mhux ser jiġu mgħejjuna. Huwa reġa’ akkuża lill-Gvern li bil-kuntratt ma’ Vitals ittradixxxa lil poplu meta ħallas miljuni ta’ ewro li setgħu ntefqu fuq il-bżonnijiet tiegħu.

Waqt li faħħar lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa tad-dedikazzjoni tagħhom, il-Kap tal-Oppożizzjoni akkuża lil gvern li dam biex jiddeċiedi fuq l-għeluq tal-iskejjel u negozji u għamel uturn dwar il-lockdown għall-persuni vulnerabbli u dawk li għandhom ‘il fuq minn 65 sena.

Dr Delia qal li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt u l-gass naqsu drastikament tant li jekk wieħed jikkonverti dan ir-roħs fil-kontijiet, il-konsumatur ikollu tmien xhur b’roħs ta’ ħamsin fil-mija fl-elettriku. Qal li minkejja li qed ikunu ffrankati iżjed minn 86 miljun ewro, il-gvern ma jistax iraħħas il-kontijiet għax reħa l-kontroll f’idejn iċ-Ċiniżi meta biegħelhom parti mill-Enemalta.

Dr Delia kkritika lil min qed jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni billi għolla l-prezzijiet. Qal li l-oppożizzjoni tappoġġja kwalunkwe għajnuna li tingħata lin-negozji, iżda huwa inġust u immorali li hemm min qed jabbuża mill-prezzijiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kiteb lill-president tal-Partit Popolari Ewropew biex isir summit urġenti bil-video conferencing dwar il-pożizzjoni tal-gvern Ungeriż li qal qed japprofitta mis-sitwazzjoni tal-Covid 19 billi ħataf il-poter. Qal li huwa inaċċettabbli li d-demokrazija tkun mhedda.

Dr Delia ħabbar ukoll li ser ibiddel il-portafoll tal-kelliema tal-oppozizzjoni biex jingħata messaġġ dwar il-prijoritajiet tal-partit. Qal li dawn ser jinkludu pensjonijiet adegwati u sostennibbli, żgħażagħ u sport, is-soċjetà diġitali, l-ugwaljanza vera, ix-xogħol u l-ambjent u t-tibdil fil-klima.

Ara wkoll:

Il-PN iħabbar responsabbiltajiet ġodda wara reshuffle fil-grupp Parlamentari

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar