Ikel
Dalwaqt tista’ dduq ġobon artiġġjanali “Tal-Milord”

Ġobon ġdid Għawdxi qed jibda jinbiegħ fis-suq lokali, prodott li kien intilef maż-żmien, iżda li reġa’ ngħata l-ħajja minn FarmFresh Ltd, li tifforma parti mill-Grupp Magro Brothers t’Għawdex.  Dan il-ġobon qed isir wara snin ta’ riċerka dwar il-patrimonju tal-ġobon.

“Il-Ġobon Malti tal-Milord” huwa tip ta’ ġobon artiġġjanali magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ u mħallat mal-ħalib tal-mogħoż li meta tieklu jħalli togħma rustika.  Tal-Milord hija l-frażi miksura tal-Maltin tal-imgħoddi ta’ ‘My Lord’.

Iċ-Chairman ta’ Magro Brothers Group of Companies John Magro rnexxielu jagħti l-ħajja lil dan il-ġobon bħala parti minn ditta ġdida ta’ ġobon imsejjaħ “Ġobon tan-Nar”.  Is-Sur Magro qal li minn kultura minsija minn kulħadd reġa’ hawn fis-suq ġobon tal-antenati tagħna.

It-tnedija ta’ dan il-ġobon “Tal-Milord” saret ilbieraħ f’Għawdex fil-preżenza ta’ diversi mistednin distinti, dilettanti tal-ikel u storiċi li setgħu jduqu l-ġobon u l-inbid li l-aħjar imur miegħu.  Dan il-ġobon mistenni jkun għall-bejgħ mis-supermarkets fil-ġimgħat li ġejjin.

Ara wkoll:

Il-Ġobon tal-Milord

Ġobon Tradizzjonali MaltiTVAM kuljum fuq Television Malta mis-7am sa 9am flimkien ma' Quinton Scerri u Clara Farrugia#tvam #breakfastshow #television #malta #followupAra aktar episodji hawnhekkhttps://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/tvam/

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 30. Mai 2019

Artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar