Kultura
Dalwaqt tista’ tgawdi l-mużew marittimu mill-kumdità tad-dar

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu din tkun fost eluf ta’ esebiti f’dan il-mużew storiku fil-Birgu. Bħalissa għaddej restawr strutturali f’dan il-mużew li la jitlesta se jirdoppja l-ispazju fejn jintramaw l-esebiti b’mod li anke dawk l-esebiti li sal-lum kienu fir-riserva tal-Mużew ikunu jistgħu joħorġu għall-wiri.

Keith Gatt, kordinatur kuratorjali fil-Mużew Marittimu qal li bħalissa għaddej ukoll proġett ta’ diġitalizazzjoni biex l-artefatti kollha jiġu skannjati b’mod 3D biex il-pubbliku jkun jista’ japprezza l-artefatti kollha tal-Mużew mill-kumdità ta’ daru. Qal li l-mużew qed jaħdem biex juża iktar l-artefatti biex jirrakkonta l-istorja marittima ta’ Malta matul sekli sħaħ.

“Beħsiebna niffukaw iktar fuq l-assedji li Malta għaddiet minnhom matul iż-żmenijiet bħalma huma l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-imblokk ta’ żmien il-Franċiżi u t-Tieni Gwerra Dinjija u niffukaw iktar fuq ir-rwol offensiv li kellha Malta tul din il-gwerra speċjalment il-preżenza tar-Royal Navy u s-sottomarini tal-10th Submarine Flotilla.”

F’idejn il-Mużew u għar-restawr, ix-xabla ċerimonjali tal-Kmandant Logutenent Edward Tomkinson li kien imexxi is-sottomarin HMS Urge u li nstab ftit mili bogħod mill-Port il-Kbir mill-bugħaddasa ta’ Heritage Malta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar