Infrastruttura
Il-ftuħ tal-ewwel żewġ flyovers fil-Marsa

Infrastructure Malta fetħet l-ewwel żewġ flyovers tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Iż-żewġ strutturi ġodda ta’ dan l-investiment ta’ €70 miljun ko-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea kienu inawgurati mill-Prim Ministru, Joseph Muscat, u mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg.

Is-seba’ flyovers tal-Marsa Junction Project, li se jeliminaw it-traffic lights ta’ ħdejn l-Addolorata, u aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li se jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, se joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-tramuntana kif ukoll lejn in-nofsinhar bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu f’din il-ħolqa.

Bi gverta ta’ erba’ korsiji, iż-żewġ strutturi tal-flyovers ġodda huma l-aktar waħda wiesgħa u l-iżjed waħda għolja li qatt inbnew f’Malta. Iż-żewġ strutturi, li magħqudin flimkien ikopru distanza ta’ madwar nofs kilometru, se joħolqu rotta diretta bejn il-Marsa u Ħal Luqa, lejn l-Ajruport u l-mini ta’ Ħal Kirkop, flok dik eżistenti mit-traffic lights ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Din is-struttura ta’ flyover hija dik li se tkun l-iżjed fil-għoli, maqtugħa aktar minn erba’ sulari mill-art biex minn taħtha mbagħad tgħaddi flyover oħra.

Sakemm kmieni s-sena d-dieħla jinfetħu wkoll it-tielet u r-raba’ flyovers ta’ dan il-proġett, din il-konnessjoni b’żewġ korsiji se tintuża bil-kontra fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar, minn Triq Aldo Moro fil-Marsa lejn Triq Giuseppe Garibaldi f’Ħal Luqa.

Fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers tal-proġett tal-Marsa Junction, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ntagħżlet id-data tal-lum biex jiġi inawgurat l-ewwel fażi tal-proġett, mhux biss biex jingħata rigal lill-poplu lejlet il-55 anniversarju tal-indipendenza, imma wkoll b’mod prattiku għax mill-ġimgħa d-dieħla jerġgħu jiftħu l-iskejjel u jitħaffef it-traffiku.

”Meta dan il-proġett ikun lest se jfisser anqas influss tat-traffiku, anqas dħaħen u kwalità ta’ ħajja aħjar.”

Il-Prim Ministru kien ċar fid-diskors tiegħu li kulħadd se jieħu pjaċir jgħaddi minn fuq il-flyovers, wissa li l-post għadu sit ta’ kostruzzjoni. Qal li l-veloċità massima se tkun ta’ 30 kilometru fis-siegħa u għalhekk appella għal responsabbilità massima waqt is-sewqan.

Dr Muscat tkellem dwar il-bidla fil-prassi ta’ kif isir ix-xogħol, fejn fuq dan il-proġett ix-xogħol baqa’ mit-Tnejn sal-Ħadd, anke billejl, biex jitnaqqas l-inkonvejnt. Kien għalhekk li ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-ħaddiema Maltin u barranin biex illum qegħdin naraw din l-ewwel parti ta’ dan il-proġett tinfetaħ.

”It was pretty obvious and read it in the media. There were comments at first when you were adjudicated with this project which verged on the racist I must say of which I am ashamed. I think the fact that we are here today, on schedule, a bit before schedule proves that the right decision was taken, proves that you are capable of doing work at European standard with value for money.”

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg qal li bil-ftuħ tal-ewwel żewġ flyovers tal-ikbar proġett infrastrutturali, il-Gvern qed juri l-viżjoni ċara tiegħu fil-qasam tat-trasport. Qal li dan huwa jum storiku u l-pjan ta’ investiment tal-gvern qed isir għax l-ekonomija kibret.

Infrastructure Malta issa se tagħlaq temporanjament il-korsiji li qegħdin iservu fl-inħawi tal-parkeġġ tal-Addolorata, ħalli tkompli tibni t-tielet u r-raba’ flyovers, li qed jinbnew taħt iż-żewġ flyovers li ġew inawgurati. Dan biex jgħaqqdu r-rotta tan-nofsinhar, minn Triq Aldo Moro lejn Triq Garibaldi. L-ewwel żewġ flyovers imbagħad jibdew jintużaw fir-rotta kif suppost lejn il-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għall-20 sena konsekuttiva, is-soċjetà Die Cast and Scale Model, qed torganizza l-wirja annwali u magħha qed jingħaqdu għaqdiet oħra bil-wirjiet rispettivi tagħhom. L-iżgħar membru għandu 11-il sena u l-aktar anzjan…

Qorti

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…

Konsumatur

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…

Aktar