Lokali
“Dan hu kontinwazzjoni ta’ vjaġġ li żgur mhux se jieqaf hawn” – l-Imħallef Neville Camilleri

L-Imħallef Neville Camilleri rrimarka li wasal fejn wasal fil-karriera ta’ ġudikant grazzi għat-trobbija li tawh il-ġenituri tiegħu.

F’kelmtejn li għamel ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra wara 10 snin iservi bħala maġistrat, l-Imħallef Camilleri wiegħed li se jibqa’ jaħdem kif għamel matul is-snin li serva bħala maġistrat.

Huwa ddeskriva l-kariga bħala waħda ta’ impenn fit-tul u ta’ ċertu toqol madankollu sostna li bl-għajnuna ta’ Alla jista’ jimxi ‘l quddiem.

Fil-kelmtejn tiegħu l-Imħallef Camilleri stqarr ukoll li dan huwa kontinwazzjoni ta’ vjaġġ li mhux se jieqaf hawn.

Minbarra lill-ġenituri huwa rringrazzja wkoll lit-tliet ħutu li tnejn minnhom kien preżenti għall-ħatra iżda l-ieħor ma setax jattendi għax jinsab imsiefer.

Preżenti għall-ħatra fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton kien hemm l-ġenituri tiegħu.