Kurżitajiet
Dan ir-ritratt ġabha f’baħar inkwiet

Mara spiċċat tilfet postha fuq ir-Royal Carribean Allure of the Seas cruise liner wara li ntlemħet qed tixxabbat mal-puġġaman.

Jidher li l-mara kienet qed tippoża għal ritratt meta ntlemħet qed tissogra ħajjitha.

Passiġġier li lemaħ lill-mara ħaseb li hija kienet qed taħsibha biex taqbeż għal isfel u mill-ewwel informa lill-ekwipaġġ. Dawn ħadu l-miżuri neċessarji minnufih.

Malli ttrakka fl-eqreb port, l-ekwipaġġ keċċew lill-mara fuq għemilha filwaqt li fost il-kumpaniji tal-cruise liners, isimha se jitniżżel fost il-persuni li għall-ebda raġuni m’għandhom qatt jerġgħu jirkbu dawn il-bastimenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

Televiżjoni u Radju

Apparti ‘L-Imnarja Żmien il-Qtil’ li f’dawn il-jiem Television Malta se jkun qed ixandar mill-ġdid mill-arkivji tal-PBS, għada jixxandar dramm ieħor tal-istess kittieb Malti, ‘Sefora’. F’kummenti lil tvm.com.mt, iben Ebejer, is-Sur Damian…

Aktar