Politika
Daniel Micallef se jikkontesta l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista

Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, se jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-partit. In-nomini jiftħu l-Ġimgħa filgħaxija u jagħlqu l-Ħadd fil-11 a.m.

Fis-sesssjoni tal-bieraħ tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista ġiet approvata mozzjoni li temenda l-istatut biex min jinħatar f’din il-kariga ma jkunx membru parlamentari u ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali sa sentejn wara li jirriżenja minn din il-kariga.

Il-Perit Micallef qal li se jikkontesta b’sens ta’ umiltà, determinazzjoni u mħabba lejn il-partit li kiber u ħadem fih. Hu ilu president tal-Partit Labursita mill-2013.

Il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tħalliet battala bir-riżenja tal-Avukat Chris Cardona. L-elezzjoni se ssir is-Sibt 25 ta’ Lulju, bil-konferenza ġenerali straordinarja tintemm l-għada.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wieħed mill-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar sigħat huwa gwardjan tal-ħabs. Kelliem għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal lil TVM li waqt il-proċess ta’ contact tracing il-ħaddiem sostna li kien mar l-isptar…

Saħħa

L-għaqda mhux governattiva Hospice Malta ngħatat madwar €1 miljun mill-gvern bħala sostenn għall-ħidma li twettaq fost 1,300 familja fejn hemm każi ta’ mard serju bħal kanċer, motor neuron disease, mard…

Saħħa

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, kellu kliem iebes għall-fatt li tfal b’diżabbiltà qed jibqgħu jiġu mċaħħda minn servizzi essenzjali għall-iżvilupp tagħhom minħabba azzjonijiet industrijali li daħlu fis-seħħ illum….

Aktar