Brexit
Daqqa ta’ ħarta għal May wara li tilfet vot importanti dwar Brexit

Il-Prim Ministru Theresa May qalgħet daqqa ta’ ħarta wara li tilfet voti importanti fil-Parlament dwar il-Brexit waqt li qed tipprova tikkonviċi lill-Membri Parlamentari li huma xettiċi dwar il-ftehim dwar il-Brexit mal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministri ser ikollhom jippubblikaw il-parir legali sħiħ dwar il-ftehim wara li l-Parlament, bi 311 vot favur u 293 kontra, appoġġja mozzjoni u sab lill-Gvern ħati ta’ disprezz wara li ppubblika biss parti mill-parir.

U l-maġġoranza tal-membri Parlamentari qablu wkoll li jkollhom sehem dirett f’dak li jiġri f’każ li l-ftehim ta’ Brexit ma jsibx l-appoġġ tal-Parlament nhar it-Tlieta li ġej.

Fil-bidu ta’ dibattitu ta’ ħamest ijiem dwar il-ftehim propost, il-Prim Ministru May qalet li d-diviżjoni li nħolqot pemezz tal-Brexit timmina l-politika tar-Renju Unit. Żiedet li l-pubbliku jemmen li din il-kwistjoni twalet biżżejjed u li għandha tiġi riżolta minnufih.

Fil-11 ta’ Diċembru, il-Parlament tar-Renju Unit jagħti l-verdett tiegħu dwar jekk jaqbilx mal-ftehim tal-Brexit milħuq bejn il-Gvern ta’ May u l-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar