Ambjent
Daqshekk għawm fil-Ħofriet

Ma jistax isir għawm f’parti mill-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin, fiż-żona magħrufa bħala l-Ħofriet f’Delimara.

Dan qalitu Transport Malta fi stqarrija fejn talbet ukoll lis-sidien tad-dgħajjes iżommu ‘l bogħod minn din iż-żona.

Dan wara li fl-aħħar jiem waqa’ ammont ta’ blat mit-Tieqa tal-Ħofriet bil-periklu li jerġa’ jiġri l-istess.

L-Awtorità ħarġet avviż lill-baħħara biex tiddikjara din iż-żona projbita.

Transport Malta tappella lill-pubbliku biex iżomm ‘il bogħod mill-kosta viċin din it-Tieqa.

Ara wkoll:

Tgħid it-Tieqa tal-Ħofriet jista’ jiġrilha bħat-Tieqa tad-Dwejra?