Lokali
Daqshekk inġenji biex titnaddaf l-alka mill-bajjiet

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif tal-alka mill-bajjiet.

F’każijiet eċċezzjonali u bil-permess speċjali biss ser ikunu jistgħu jintużaw inġenji għat-tindif tal-alka fil-bajjiet. It-tindif tal-alka fil-bajjiet qabel jidħol is-sajf se jibda jsir skont linji gwida maħruġa mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA bil-għan li jkun protett l-ambjent sensittiv tal-bajjiet.

Id-Deputat Direttur tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, Aimee Brincat, qalet li l-alka għandha valur ambjentali kemm fil-bahar kif ukoll meta tinġarr bil-mewġ fuq ix-xtut. Dan għaliex hija sors ta’ ikel u abitat għal diversi speċi anke jekk tista’ tidher li qed tħammeġ il-bajjiet.

Aimme Brincat qalet li “iżżomm ir-ramel ta’ taħtha. Apparti minn hekk, hija l-medium li fih hemm ekoloġija li tipproteġi kemm l-ekoloġija u l-abitat li jkun hemm mal-kosti Maltin kif ukoll iżżomm ir-ramel jew iċ-ċagħaq milli jitlaq minn fuq il-bajja f’każ ta’ maltemp”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar