Kaċċa u Insib
AĠĠORNAT: Daqshekk kaċċa fiż-żona tal-ponta tal-Qawra – jirreaġixxu l-Bird Life u l-FKNK

Il-ministru responsabbli mill-ambjent, Aaron Farrugia, ħabbar li daqshekk se ssir kaċċa fiż-żona tal-ponta tal-Qawra.

Huwa ħabbar dan fuq il-Facebook fejn spjega wkoll li Bird Life Malta se tkun qed tieħu ħsieb din iż-żona permezz ta’ guardianship deed li se jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Ministru Farrugia irrefera wkoll għall-każ taż-żagħżugħ akkużat li qatel erba’ fjammingi u rrimarka li lilhinn mill-kundanni kien hemm bżonn issir xi ħaġa.

Bird Life Malta laqgħet din l-aħbar u qalet li hija kuntenta li rebaħ is-sens komun.

Min-naħa tagħha l-FKNK irreaġixxiet billi qalet li b’din id-deċiżjoni “illegali” il-Gvern kien qed jimponi r-raba’ kastig kollettiv fuq il-kaċċaturi.