Kurżitajiet
Daqshekk nisa skullati fuq it-trakka tal-Formula 1

Minn din is-sena mintix se tibqa’ tara nisa jippużaw fuq it-trakka fil-Kampjonat Dinji tal-Formula 1, wara deċiżjoni mill-organizzaturi.

Dawn il-mudelli, li spiss ikunu lebsin kostumi skullati, jintużaw għal skopijiet kummerċjali u ħafna drabi jkunu qed jirreklamaw lill-isponsors tal-kampjonat.

Id-direttur maniġerjali tal-operazzjonijiet kummerċjali, Sean Bratches, qal li din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex il-kampjonat ikun f’sintonija mal-viżjoni tal-organizzaturi għal dan l-isport.

Bratches żied jgħid li filwaqt li l-‘grid girls’ huma tradizzjoni tal-Formula 1 li tmur lura għexieren ta’ snin, madankollu l-organizzaturi jħossu li din qed tistona mal-valuri moderni tal-Formula 1 u n-normi tas-soċjetà preżenti.

L-istaġun il-ġdid tal-Formula 1 mistenni jibda fil-25 ta’ Marzu li ġej f’Melbourne.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin, Kurżitajiet

Hekk kif ir-Renju Unit qed jiċċelebra l-għaqda fiż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, tajjeb niftakru li mhux kull żwieġ irjali ntlaqa’ b’ferħ u entużjażmu. La mill-pubbliku u xi kultant wisq…

Barranin, Kurżitajiet

Meghan Markle mhijiex l-ewwel Amerikana u divorzjata, li se tidħol fil-Familja Rjali Ingliża. Qabilha kien hemm Wallis Simpson f’ċirkostanzi kompletament differenti minn tal-lum.  L-aħħar darba li dan seħħ, ir-Re abdika mit-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Ħafna jqisuh bħala l-aktar Prinċep fuq ruħu, forsi wkoll ribelluż, il-Prinċep li dejjem kien isib ruħu fl-inkwiet…  Il-Prinċep Henry Charles Albert David magħruf bħala l-Prinċep Harry huwa s-sitt suċċessur għat-tron…

Aktar