Ikel
Daqshekk pastizzi u sausage rolls għall-festini tat-tfal fl-iskejjel

Hekk kif ġimgħatejn oħra jsiru l-parties tal-Milied fl-iskejjel, din is-sena l-għalliema għandhom uġiegħ ta’ ras hekk kif se jkollhom ibiddlu l-“menu” tas-soltu għax minn din is-sena addio pastizzi u sausage rolls fost l-oħrajn.

Permezz ta’ ċirkolari li ntbgħatet mid-Dipartiment għall-Kurrikulu, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilità lill-Kapijiet kollha tal-Kulleġġi fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji, ġiet ippubblika lista ta’ ikel rakkomandat waqt funzjonijiet fl-iskejjel.

Mill-parties ta’ din is-sena, l-istudenti jistgħu jieklu dips b’ħobż mixwi; panini żgħar bit-tonn; għaġin il-forn żgħir; pizza bil-mozzarella u fuqha jista jkun hemm tiġieġ, tonn, żebbuġ, faqqiegħ, jew piżelli.

L-istudenti jistgħu jieklu wkoll kebabs tal-mozzarella u tadam, ġobon low fat imma l-biċċiet ikunu maqtugħin f’għamliet differenti u anke popcorn mingħajr melħ.

Bħala ħelu l-istudenti jistgħu jieklu frott, cupcakes tat-tuffieħ jew karrotti bla zokkor; qagħaq tal-ħmira id-daqs ta’ gidma waħda; u pudina tal-ħobż.

Bħala xorb – ilma, milkshake bil-frott frisk, ħalib abjab bit-trab tal-kannella (cinnamon); ħalib sħun b’ammont żgħir ta’ trab taċ-ċikkulata mingħajr zokkor u tè.

Ara l-lista tal-ikel li jista’ jisserva fil-festini tal-Milied fl-iskejjel Maltin u Għawdxin:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar