X

Daqshekk ‘selfies’ għax qed tbati minn uġigħ f’idejha

Ir-reġina tas-‘selfies’ Kim Kardashian iddeċidiet li tieqaf tieħu iktar ritratti ta’ din ix-xorta.  Dan minħabba li t-tabib ordnalha biex tirrikorri għal xi assistent biex jieħdilha r-ritrati inkella se jkollha problemi serji f’idejha.

Jidher li l-ammont kbir ta’ ‘selfies’ li qed tieħu Kardashian wasslu biex bdiet tbati minn uġiegħ f’idejha minħabba l-poża li tagħmel biex tieħu dawn ir-ritratti.

Kienet hija stess li ħabbret bid-deċiżjoni tagħha li mill-ewwel qanqlet reazzjoni fuq is-siti soċjali u r-rivisti li jispeċjalizzaw fuq il-qasam tal-ispettaklu.

Kardashian qalet li issa se tkun Paxy li se tibda teħdilha r-ritratti biex tkun tista’ tħalli idejha mistrieħa.  Anke ommha Kris dehret imħassba għal saħħet bintha tant li tatha faxxa ortopedika għal idejha.

Issa naraw kemm se ddum ma tieħux ‘selfies’ Kim Kardashian!